Sports

Sports

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 




Malta International Challenge Marathon:
Balzan u
Muscat jikkonfermaw il-potenzjal tagħhom

L-atleti Jonathan Balzan u Marisa Muscat ikkonfermaw il-potenzjali tagħhom fil-Malta International Challenge meta rebħu t-tlitt itlielaq li saru l-Ġimgħa, is-Sibt u proprju lbieraħ.

It-tellieq tal-bieraħ kellha l-itwal stadju li bdiet min San Pawl il-Baħar sal-Belt Valletta, fuq distanza ta' 25 kilometru u li bdiet fis-7.00 a.m.

Jonathan Balzan (St.Patricks AC) ħareġ rebbieħ f'ħin ta' 1:28:01 segwit minn Brian Magri(Pembroke Athleta), 1:31:59 u Joseph Abdilla (Zurrieq Wolves) 1:32:25.

Dawn it-tliet atleti spiċċaw ukoll fl-ewwel tliet postijiet, f'din l-ordni wkoll, bit-totali ta' ħinijiet ikunu - Jonathan Balzan 2:26:08; Brian Magri 2:31:24; Joseph Abdilla 2:33:29.

Fil-kategorija tan-Nisa, Muscat (St. Patrick's AC) irreġistrat ħin ta' 1:51:51 li kienet segwita minn Caroline Ciappara (Allcomers Aloy AC) li daħlet f'ħin ta' 1:54:50 u Pauline Vella (St. Patrick's AC) - 1:58:18.

Il-ħin totali kienu: Marisa Muscat (3:05:27); Caroline Ciappara (3:09:02) u Pauline Vella (3:16.03)

Biex tara l-artiklu kollu mur http://www.l-orizzont.com/news.asp?newsitemid=58575